Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Sfida tal-ikkowdjar dwar il-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE

Dan l-avveniment tal-ikkowdjar ta' tlett ijiem, li jibda nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru 2019, huwa opportunità unika għalik biex taħdem mill-qrib ma’ esperti tal-IT u tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE.

L-istudenti li għandhom għarfien jew esperjenza fil-masking tad-dejta, tagħlim awtomatiku, jew li jiżviluppaw interfaces ta’ programmazzjoni ta’ applikazzjoni (APIs) jew interfaces ta’ utenti front-end huma mħeġġa japplikaw biex jieħdu sehem.

Taħdem bħala parti minn tim biex tiżviluppa dashboard avvanzat iddisinjat biex jimmonitorja r-riskji finanzjarji. It-timijiet iridu jippreżentaw soluzzjonijiet għal waħda mill-erba’ sfidi stabbiliti hawn taħt. Fl-aħħar jum tal-avveniment bord tal-imħallfin jiddeċiedi liema tim ipproduċa l-aħjar soluzzjoni għal kull waħda mill-isfidi.

Dati

25-27 ta’ Novembru 2019 fil-Bank Ċentrali Ewropew fi Frankfurt am MainData tal-għeluq tal-applikazzjoni: 15 ta’ Ottubru 2019

Kuntatt: rm-codingchallenge@ecb.europa.eu

Kif se taħdem?

  • Qegħdin infittxu madwar 30 student biex jaħdmu flimkien f'timijiet żgħar flimkien ma’ esperti tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE
  • It-timijiet iridu jkunu fformati qabel l-avveniment jibda biex tkun żgurata taħlita tajba ta’ profili u ħiliet
  • L-istudenti għandu jkollhom għarfien u ta’ ħila biżżejjed biex jgħinu jsolvu l-isfidi stabbiliti hawn taħt

Sfidi

Sfida 1: Masking ta’ dejta kunfidenzjali

Għan Biex tinħoloq sistema li tgħin li jiġi żgurat li żviluppaturi, meta jibnu soluzzjonijiet għall-maniġers tar-riskju, ma jkollhomx aċċess għal dejta sensittiva li għandhom jarawha biss maniġers tar-riskju.

Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fil-masking tad-dejta.

Sfida 2: Użu ta’ algoritmi ta’ tagħlim awtomatiku

Għan Biex tapplika algoritmi ta’ tagħlim awtomatiku mill-aktar avvanzati biex tidentifika l-biċċiet ta’ aħbarijiet tas-suq finanzjarju li huma l-iktar rilevanti għall-BĊE.

Għaliex? Peress li l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq ir-riskji finanzjarji tal-BĊE.

Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fid-dejta mining u t-tagħlim awtomatiku.

Sfida 3: Bini ta’ API

Għan: Biex tibni API f'ambjent ibbażat fuq cloud li jgħaqqad il-firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ riskju li l-maniġers tar-riskji jieħdu ħsieb regolarment.

Għaliex? Għaliex iktar ma jkun faċli għall-maniġers tar-riskju li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, iktar ikun effiċjenti il-monitoraġġ tar-riskju.

Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fl-APIs, Node.js jew Python.

Sfida 4: Żvilupp ta’ dashboard front-end

Għan: Għall-iżvilupp ta’ dashboard li jintegra l-analiżi ta’ diversi sorsi ta’ riskji.

Għaliex? Peress li r-riskju jiġi f'ħafna forom – huwa importanti li tifhem kull ħjiel u tanalizza r-riskji minn perspettiva wiesgħa.

Applika għal din l-isfida jekk għandek għarfien ta’ jew esperjenza fid-disinn grafiku jew li tiżviluppa paġni tal-web bl-użu React jew Angular.

Inti x’tiggwadanja?

  • Kun parti minn avveniment internazzjonali ma’ studenti mid-dinja kollha
  • Issieħeb ma’ u tgħallem mill-esperti tal-IT u tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE
  • Ammira l-veduta ta’ Frankfurt minn wieħed mis-sulari għoljin!

Tajjeb li tkun taf

  • Trid tkun komdu taħdem bl-Ingliż (livell B2 jew ogħla)
  • Aħna nipprovdulek l-ikel u xi tnaqqar biex tibqa’ għaddej
  • Trid tħallas għall-ivvjaġġar tiegħek
  • L-akkomodazzjoni tiġi pprovduta għall-istudenti li ma joqgħodux fi jew qrib Frankfurt
  • Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għan-nazzjonalitajiet kollha

Titħajjar?

Biex tapplika sabiex tieħu sehem fl-isfida tal-ikkowdjar, ibgħat email lil rm-codingchallenge@ecb.europa.eu:

  • Għidilna ftit dwarek u għaliex inti ideali għall-isfida tal-ikkowdjar
  • Għidilna liema mill-erba’ sfidi tixtieq li tkun involut fiha u kif l-għarfien tiegħek u l-esperjenza preċedenti għenu biex jippreparawk
  • Inkludi numru tal-mobajl biex nistgħu nikkuntattjawk jekk ikollna xi domandi

Inħeġġuk tapplika kemm jista’ jkun malajr: ser nibdew nivvalutaw l-applikazzjonijiet hekk kif jidħlulna u nibdew ngħaqqdu t-timijiet flimkien.

Programm

25 ta' Novembru 2019
10:30-11:00
Wasla u merħba
11:00-11:30
Introduzzjoni: preżentazzjoni tat-timijiet u l-isfidi
11:30-13:00
It-timijiet jiltaqgħu u jorganizzaw ruħhom
13:00-14:00
Ikla
14:00 ‘il quddiem
It-timijiet jaħdmu fuq l-isfidi
It-Tlieta, 26 ta' Novembru 2019
09:00-12:30
It-timijiet jiltaqgħu għall-kolazzjon imbagħad ikomplu jaħdmu fuq l-isfidi
12:30-14:50
Ikla u żjara fil-bini tal-BĊE
15:30 ‘il quddiem
It-timijiet jaħdmu fuq l-isfidi
L-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2019
09:00-12:00
It-timijiet jiltaqgħu għall-kolazzjon imbagħad iħejju l-preżentazzjonijiet tagħhom
12:00-13:00
Ikla
13:00-16:00
it-timijiet jippreżentaw is-soluzzjonijiet tagħhom u l-imħallfin jiddeċiedu fuq ir-rebbieħa
16:00
Tmiem tal-avveniment

Għandek domandi?

Ikkuntattjana billi tibgħatilna email lil rm-codingchallenge@ecb.europa.eu.