Sfida tal-ikkowdjar dwar il-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE
Dan l-avveniment tal-ikkowdjar ta' tlett ijiem, li jibda nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru 2019, huwa opportunità unika għalik biex taħdem mill-qrib ma’ esperti tal-IT u tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE.
L-istudenti li għandhom għarfien jew esperjenza fil-masking tad-dejta, tagħlim awtomatiku, jew li jiżviluppaw interfaces ta’ programmazzjoni ta’ applikazzjoni (APIs) jew interfaces ta’ utenti front-end huma mħeġġa japplikaw biex jieħdu sehem.
Taħdem bħala parti minn tim biex tiżviluppa dashboard avvanzat iddisinjat biex jimmonitorja r-riskji finanzjarji. It-timijiet iridu jippreżentaw soluzzjonijiet għal waħda mill-erba’ sfidi stabbiliti hawn taħt. Fl-aħħar jum tal-avveniment bord tal-imħallfin jiddeċiedi liema tim ipproduċa l-aħjar soluzzjoni għal kull waħda mill-isfidi.
Dati
25-27 ta’ Novembru 2019 fil-Bank Ċentrali Ewropew fi Frankfurt am MainData tal-għeluq tal-applikazzjoni: 15 ta’ Ottubru 2019
Kuntatt: rm-codingchallenge@ecb.europa.eu
Kif se taħdem?
- Qegħdin infittxu madwar 30 student biex jaħdmu flimkien f'timijiet żgħar flimkien ma’ esperti tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE
- It-timijiet iridu jkunu fformati qabel l-avveniment jibda biex tkun żgurata taħlita tajba ta’ profili u ħiliet
- L-istudenti għandu jkollhom għarfien u ta’ ħila biżżejjed biex jgħinu jsolvu l-isfidi stabbiliti hawn taħt
Sfidi
Sfida 1: Masking ta’ dejta kunfidenzjali
Għan Biex tinħoloq sistema li tgħin li jiġi żgurat li żviluppaturi, meta jibnu soluzzjonijiet għall-maniġers tar-riskju, ma jkollhomx aċċess għal dejta sensittiva li għandhom jarawha biss maniġers tar-riskju.
Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fil-masking tad-dejta.
Sfida 2: Użu ta’ algoritmi ta’ tagħlim awtomatiku
Għan Biex tapplika algoritmi ta’ tagħlim awtomatiku mill-aktar avvanzati biex tidentifika l-biċċiet ta’ aħbarijiet tas-suq finanzjarju li huma l-iktar rilevanti għall-BĊE.
Għaliex? Peress li l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq ir-riskji finanzjarji tal-BĊE.
Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fid-dejta mining u t-tagħlim awtomatiku.
Sfida 3: Bini ta’ API
Għan: Biex tibni API f'ambjent ibbażat fuq cloud li jgħaqqad il-firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ riskju li l-maniġers tar-riskji jieħdu ħsieb regolarment.
Għaliex? Għaliex iktar ma jkun faċli għall-maniġers tar-riskju li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, iktar ikun effiċjenti il-monitoraġġ tar-riskju.
Applika għal din l-isfida jekk għandek l-għarfien jew xi ftit esperjenza fl-APIs, Node.js jew Python.
Sfida 4: Żvilupp ta’ dashboard front-end
Għan: Għall-iżvilupp ta’ dashboard li jintegra l-analiżi ta’ diversi sorsi ta’ riskji.
Għaliex? Peress li r-riskju jiġi f'ħafna forom – huwa importanti li tifhem kull ħjiel u tanalizza r-riskji minn perspettiva wiesgħa.
Applika għal din l-isfida jekk għandek għarfien ta’ jew esperjenza fid-disinn grafiku jew li tiżviluppa paġni tal-web bl-użu React jew Angular.
Inti x’tiggwadanja?
- Kun parti minn avveniment internazzjonali ma’ studenti mid-dinja kollha
- Issieħeb ma’ u tgħallem mill-esperti tal-IT u tal-ġestjoni tar-riskju mill-BĊE u banek ċentrali oħra tal-UE
- Ammira l-veduta ta’ Frankfurt minn wieħed mis-sulari għoljin!
Tajjeb li tkun taf
- Trid tkun komdu taħdem bl-Ingliż (livell B2 jew ogħla)
- Aħna nipprovdulek l-ikel u xi tnaqqar biex tibqa’ għaddej
- Trid tħallas għall-ivvjaġġar tiegħek
- L-akkomodazzjoni tiġi pprovduta għall-istudenti li ma joqgħodux fi jew qrib Frankfurt
- Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għan-nazzjonalitajiet kollha
Titħajjar?
Biex tapplika sabiex tieħu sehem fl-isfida tal-ikkowdjar, ibgħat email lil rm-codingchallenge@ecb.europa.eu:
- Għidilna ftit dwarek u għaliex inti ideali għall-isfida tal-ikkowdjar
- Għidilna liema mill-erba’ sfidi tixtieq li tkun involut fiha u kif l-għarfien tiegħek u l-esperjenza preċedenti għenu biex jippreparawk
- Inkludi numru tal-mobajl biex nistgħu nikkuntattjawk jekk ikollna xi domandi
Inħeġġuk tapplika kemm jista’ jkun malajr: ser nibdew nivvalutaw l-applikazzjonijiet hekk kif jidħlulna u nibdew ngħaqqdu t-timijiet flimkien.
Programm
- 10:30-11:00
- Wasla u merħba
- 11:00-11:30
- Introduzzjoni: preżentazzjoni tat-timijiet u l-isfidi
- 11:30-13:00
- It-timijiet jiltaqgħu u jorganizzaw ruħhom
- 13:00-14:00
- Ikla
- 14:00 ‘il quddiem
- It-timijiet jaħdmu fuq l-isfidi
- 09:00-12:30
- It-timijiet jiltaqgħu għall-kolazzjon imbagħad ikomplu jaħdmu fuq l-isfidi
- 12:30-14:50
- Ikla u żjara fil-bini tal-BĊE
- 15:30 ‘il quddiem
- It-timijiet jaħdmu fuq l-isfidi
- 09:00-12:00
- It-timijiet jiltaqgħu għall-kolazzjon imbagħad iħejju l-preżentazzjonijiet tagħhom
- 12:00-13:00
- Ikla
- 13:00-16:00
- it-timijiet jippreżentaw is-soluzzjonijiet tagħhom u l-imħallfin jiddeċiedu fuq ir-rebbieħa
- 16:00
- Tmiem tal-avveniment
Għandek domandi?
Ikkuntattjana billi tibgħatilna email lil rm-codingchallenge@ecb.europa.eu.