Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Diċembru 2022

X’iddeċidejna?

Erġajna għollejna r-rati tal-imgħax, b’0.5 punti perċentwali

U nistennew li ngħolluhom aktar b’mod sinifikanti. B’kemm se jiddependi fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.

Se naġġustaw ukoll il-programm ta’ xiri ta’ assi tagħna

F’Marzu se nibdew innaqqsu l-ammont kbir ta’ bonds li xtrajna matul l-aħħar ftit snin bħala parti mill-programm tagħna ta’ xiri ta' assi tagħna.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

L-inflazzjoni hija għolja wisq u se tibqa’ għolja għal żmien twil wisq

Filwaqt li l-prezzijiet tal-enerġija naqsu xi ftit, il-prezzijiet tal-ikel u ħafna oġġetti u servizzi oħra għadhom qed jogħlew, parzjalment minħabba problemi tal-passat bil-provvista.

L-ekonomija għaddejja minn perijodu diffiċli

Dan huwa prinċipalment dovut għal inflazzjoni għolja, il-kriżi tal-enerġija u tkabbir ekonomiku aktar bil-mod madwar id-dinja. Iżda kwalunkwe riċessjoni għandha tkun relattivament qasira u baxxa.

Impġiegi ġodda għadhom qegħdin jinħolqu

Aktar nies għandhom impjieg minn qatt qabel fl-istorja tal-euro. Iżda dan probabbilment se jinbidel hekk kif l-ekonomija tiddgħajjef.

Kif qegħdin naraw l-ekonomija se tiżviluppa?

Wara tnaqqis, nistennew li l-ekonomija terġa’ tirkupra fis-snin li ġejjin.

Il-projezzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2022 u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2022)

Nistennew li l-inflazzjoni tibqa' għolja għal żmien mhux ħażin iżda eventwalment tinżel lejn il-mira tagħna ta' 2%.

Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2022 u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2022)

ARA WKOLL

Ara d-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?