Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija tagħna dwar il-politika monetarja - Marzu 2026
X’iddeċidejna?
Żammejna r-rati ewlenin tal-imgħax l-istess
Hekk kif l-inflazzjoni tinsab qrib il-mira tagħna ta’ 2%, ninsabu f’pożizzjoni tajba biex inkampaw mal-inċertezza maħluqa mill-gwerra fil-Lvant Nofsani.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
Il-gwerra tal-Lvant Nofsani qed iżżid l-inflazzjoni u trażżan it-tkabbir
Kien hemm qabża fil-prezzijiet tal-enerġija u jekk il-gwerra tibqa’ għaddejja għal żmien twil, hemm riskju li tgħolli prezzijiet oħrajn ukoll. Flimkien mas-sitwazzjoni li hija ferm inċerta, din aktarx se tnaqqas ir-ritmu tal-ekonomija.
L-ekonomija s’issa żammet sew.
Qabel ma bdiet il-gwerra, in-nies kienu qed jonfqu aktar hekk kif id-dħul tagħhom żdied. Kienu qegħdin jinbnew aktar djar ġodda, u l-kumpaniji kienu qed jinvestu aktar fl-aħħar teknoloġija. Is-servizzi, b’mod speċjali, kienu qegħdin jappoġġaw it-tkabbir.
L-inflazzjoni ilha qrib it-2% għal sena.
Il-pagi m’għadhomx jogħlew daqstant. Iżda l-prezzijiet ogħla tal-enerġija minħabba l-gwerra fil-Lvant Nofsani se jgħollu l-inflazzjoni aktar mill-mira tagħna ta’ 2% fuq terminu qasir.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Naraw li l-ekonomija se tikber aktar bil-mod milli kien mistenni qabel fuq terminu qasir.
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir taż-żona tal-euro fl-2026 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn
Marzu 2026)
Nistennew li l-inflazzjoni se togħla aktar mill-mira tagħna ta’ 2% qabel ma terġa’ tonqos.
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2026 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet
minn Marzu 2026)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja