Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Mejju 2023
X’iddeċidejna?
Għollejna r-rati tal-imgħax b’0.25 punti perċentwali oħra
Il-movimenti futuri tagħna fir-rati tal-imgħax se jiddependu fuq kif naraw li l-ekonomija u l-inflazzjoni qed jiżviluppaw u kemm iż-żidiet fir-rati tagħna qed inaqqsu l-inflazzjoni.
Qed intemmu parti mix-xiri tal-assi tagħna
F'Lulju se nieqfu nixtru bonds taħt il-programm tagħna ta' xiri ta' assi.
X'qed jiġri fl-ekonomija?
L-inflazzjoni niżlet mill-ogħla livell iżda għadha għolja wisq
Il-prezzijiet tal-enerġija naqsu drastikament fl-aħħar xhur. Iżda l-prezzijiet għall-ikel u s-servizzi għadhom qed jogħlew bil-qawwa.
L-ekonomija hija stampa mħallta
Is-servizzi sejrin tajjeb għax in-nies qed jikkunsmawhom mhux ħażin. Id-ditti tal-manifattura għad għandhom ammont kbir ta’ ordnijiet biex jaħdmu, iżda l-prospetti għalihom qed imorru għall-agħar.
Il-pagi li qed jogħlew u l-profitti ogħla huma wara inflazzjoni għolja
Il-ħaddiema qed ikollhom żidiet fil-pagi akbar biex jagħmlu tajjeb għall-inflazzjoni għolja. In-negozji għollew il-prezzijiet biex ikopru dan u qed jagħmlu wkoll profitti akbar.
Inqas nies u negozji qed jisselfu
Peress li r-rati tal-imgħax issa huma ogħla, l-ipoteki saru aktar għaljin. Għall-istess raġuni, inqas negozji qed jissellfu flus biex jiffinanzjaw investimenti.
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja