Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - April 2022

X'inhuma l-punti ewlenin?

Il-gwerra fl-Ukraina qiegħda tolqot b’mod sever lill-ekonomija

Fil-futur qrib, l-ekonomija se tikber aktar bil-mod. Prezzijiet għoljin ħafna għall-enerġija u l-materja prima qed iżommu lura l-produzzjoni u jnaqqsu l-poter ta’ akkwist tan-nies.

Hemm inċertezza kbira dwar il-futur qrib

Dan jagħmel lill-konsumaturi u lin-negozji inqas kunfidenti.

Il-gwerra qed toħloq konġestjonijiet ġodda fil-provvista

Dawn iżidu mad-diffikultajiet għall-ktajjen tal-provvista kkawżati minn miżuri pandemiċi riċenti fl-Asja. Dan qed ifixkel il-produzzjoni f'xi setturi.

Iżda l-ftuħ mill-ġdid wara l-fażi tal-kriżi tal-pandemija qed jappoġġa l-ekonomija

Ħafna min dawk li jħaddmu qed ifittxu ħaddiema u aktar nies għandhom impjiegi u dħul x'jonfqu. It-tfaddil tan-nies matul il-pandemija u l-appoġġ tal-gvern jgħinu wkoll lill-ekonomija.

L-inflazzjoni żdiedet b’mod sinifikanti u se tibqa’ għolja fix-xhur li ġejjin

Il-prezzijiet tal-enerġija huma bil-bosta l-aktar raġuni importanti għal dan. Iżda l-prezzijiet għall-ikel u għal firxa wiesgħa ta’ oġġetti u servizzi qed jiżdiedu wkoll.

X’iddeċidejna?

Il-politika tagħna trid tibqa’ flessibbli u żżomm l-għażliet miftuħin.

Kwalunkwe bidla se tiddependi fuq kif tevolvi l-ekonomija u kif nivvalutaw il-prospetti. Nistennew li nikkonkludu xiri ta' assi nett taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?