Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-22 ta’ Jannar 2010

26 ta' Jannar 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Jannar 2010, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 158.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta’ Jannar 2010 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 2.2 biljun CHF 0.8 biljun
21 ta’ Jannar 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.2 biljun USD 0.08 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjonijiet swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Kif tħabbar fit-18 ta’ Jannar 2010, dawn l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri mhux se jibqgħu jsiru wara l-31 ta’ Jannar 2010.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 296.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 783.4 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14-il biljun għal EUR 124.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 90.1 biljun għal EUR 577.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  60.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 58 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 5.7 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 143.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 232.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 32.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Jannar 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 81.9 biljun għal EUR 244.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,918 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 195,138 −1,273
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,822 6
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,316 −1,279
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,812 −358
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,395 71
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,395 71
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 720,920 1,045
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 58,629 −2,078
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 662,188 3,085
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 83 37
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 19 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,468 1,204
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 328,848 1,675
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 32,054 2,160
7.2 Titoli oħra 296,793 −485
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,171 0
9 Assi oħra 248,673 −2,627
Assi Totali 1,870,342 −264
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 783,351 −4,552
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 387,294 −7,222
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 244,221 81,861
2.2 Faċilità ta’ depożitu 143,073 −89,074
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −10
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 293 −224
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 133,000 13,906
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 124,445 13,980
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,554 −74
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,016 −2,388
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,967 −26
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,428 −787
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,428 −787
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 166,502 1,029
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 74,028 1
Total tal-passiv 1,870,342 −264

Kuntatti midja