Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema
ta’ l-1 ta’ Frar 2005

5 ta' Frar 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Frar 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 160 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 151.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Fil-31 ta’ Jannar 2008, immaturat operazzjoni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u, kif tħabbar mill-BĊE fi stqarrija għall-istampa bid-data ta’ l-10 ta’ Jannar 2008, ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 10 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 99.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 652.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 16.3 biljun għal EUR 47.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 8.7 biljun għal EUR 435.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 175.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 167.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.8 biljun għal EUR 198.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 201,452 −160
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 143,046 3,015
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,121 −3
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,925 3,018
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 34,525 −1,831
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,501 −1,693
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,501 −1,693
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 435,999 −8,492
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 167,501 −7,999
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,491 4
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4 −488
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 −9
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,695 2,123
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 99,340 1,283
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,634 −71
9 Assi oħra 332,726 −798
Assi Totali 1,330,918 −6,624
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 652,624 3,110
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 199,240 6,041
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 198,471 5,791
2.2 Faċilità ta’ depożitu 510 9
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 259 241
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 256 −58
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 55,057 −16,915
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 47,820 −16,255
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,237 −660
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,797 −2,244
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,301 121
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,267 1,289
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,267 1,289
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 0
10 Passiv ieħor 131,749 2,086
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,665 0
12 Kapitali u riżervi 69,651 −54
Total tal-passiv 1,330,918 −6,624

Kuntatti midja