Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-18 ta’ Jannar 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Jannar 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 41 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.4 biljun għal EUR 152.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Operazzjoni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani mmaturat u, kif imħabbar mill-BĊE fi stqarrija għall-istampa bid-data ta’ l-10 ta’ Jannar, ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 10 biljun. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema fil kuntest ta’ l-arranġament reċiproku u temporanju bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System dwar il-muniti (linja swap).
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 96.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.2 biljun għal EUR 653.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8.3 biljun għal EUR 38.8 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 39.3 biljun għal EUR 458.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Jannar 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 190.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 50.2 biljun għal EUR 230.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 201,663 | −41 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 140,963 | 315 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,126 | −17 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,837 | 332 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 36,942 | −1,771 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,658 | 127 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 14,658 | 127 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 459,024 | 38,852 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 190,500 | 39,000 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 268,487 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1 | −183 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 36 | 35 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,294 | 3,307 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 96,695 | −607 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 38,705 | 0 | |
9 | Assi oħra | 331,835 | −465 | |
Assi Totali | 1,350,779 | 39,717 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 653,245 | −6,150 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 231,056 | 49,771 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 230,825 | 50,211 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 212 | −453 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 19 | 13 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 334 | −11 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,068 | −7,975 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 38,760 | −8,338 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,308 | 363 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 48,621 | 3,017 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,369 | 264 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,458 | −337 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 18,458 | −337 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,311 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 127,944 | 1,153 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 147,665 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 69,708 | −15 | |
Total tal-passiv | 1,350,779 | 39,717 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja