- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Deċiżjonijiet tal-politika monetarja
26 ta’ Lulju 2018
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità tad-depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax tal-BĊE jibqgħu l-istess fil-livelli attwali tagħhom tal-inqas sas-sajf tal-2019, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata konverġenza sostnuta kontinwata tal-inflazzjoni sa livelli li huma taħt, imma qrib it-2% matul perijodu ta’ żmien medju.
Fir-rigward tal-miżuri tal-politika monetarja straordinarji, il-Kunsill Governattiv ser ikompli jagħmel xiri nett taħt il-programm tax-xiri ta’ assi (APP) bir-ritmu attwali ta’ kull xahar ta’ €30 biljun sal-aħħar ta’ Settembru 2018. Il-Kunsill Governattiv jantiċipa li, wara Settembru 2018, bil-kundizzjoni li d-dejta li tasal tikkonferma l-previżjoni tal-inflazzjoni tal-Kunsill Governattiv matul perijodu ta’ żmien medju, ir-ritmu ta’ kull xahar tax-xiri tal-assi nett ser jitnaqqas b’€15-il biljun sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 u li x-xiri nett imbagħad jieqaf. Il-Kunsill Governattiv fiħsiebu jinvesti mill-ġdid il-pagamenti ewlenin mit-titoli li jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu ta’ żmien estiż wara t-tmiem tax-xiri ta’ assi nett, u fi kwalunkwe każ għal kemm ikun hemm bżonn biex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.
Il-President tal-BĊE ser jikkummenta dwar il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferneza stampa li tibda llum fis-14:30 CET.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja