Deċiżjonijiet tal-Politika Monetarja
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-faċilità tad-depożitu se tonqos b’10 punti bażi għal -0.30% b’seħħ mid-9 ta’ Diċembru 2015.
Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rata tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali se jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.05% u 0.30% rispettivament.
Il-President tal-BĊE se jħabbar miżuri oħra tal-politika monetarja f’konferenza stampa li għandha tibda fis-14:30 CET illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja