European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u l-euro

Fl-1 ta' Mejju 2004 għaxar pajjiżi – Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija – issieħbu fl-Unjoni Ewropea. Il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007 u l-Kroazja fl-1 ta' Lulju 2013.

Dħul fiż-żona tal-euro

Biex ikun jista' jadotta l-euro, pajjiż jeħtieġlu jissodisfa ċerti kriterji ekonomiċi: livell għoli ta’ stabbiltà tal-prezzijiet, qagħda fiskali soda, rata tal-kambju stabbli u rati tal-imgħax miftiehma għat-tul.

Rapporti tal-konverġenza

Il-Bank Ċentrali Ewropew jagħti l-kontribut tiegħu biex tittieħed deċiżjoni dwar membri ġodda taż-żona tal-euro billi jħejji rapporti tal-konverġenza li fihom janalizza jekk il-pajjiżi partikolari jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro.

Parteċipazzjoni fil-korpi deċiżjonali

Il-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew iżda ma jisseħbux fil-korp deċiżjonali ewlieni – il-Kunsill Governattiv – qabel ma pajjiżhom jadotta l-euro. L-esperti tal-banek ċentrali tal-Istati Membri huma wkoll membri tal-kumitati tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

Mistoqsijiet dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)

Il-paġni kollha f’din it-taqsima