Stqarrijiet ta’ privatezza
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jipproċessa d-data personali skont il-liġi applikabbli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data.
Ir-Regolament (UE) 2018/1725Tista’ ssir taf kif il-BĊE jipproċessa d-data personali tiegħek billi taqra l-istqarrijiet ta’ privatezza onlajn tagħna, li jispjegaw:
- min jikkontrolla u jipproċessa d-data;
- għaliex id-data personali hija pproċessata u fuq liema bażi legali;
- x’tip ta’ data tinġabar;
- kemm iddum maħżuna d-data personali;
- min huma r-riċevituri tad-data personali;
- kif tista’ teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek;
- kif tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-BĊE jekk għandek mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-data;
- kif tikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk ikollok bżonn tagħmel ilment għax taħseb li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar.
Nistgħu nemendaw l-istqarrijiet tal-privatezza biex jitqiesu l-iżviluppi legali ġodda. L-istqarrijiet tal-privatezza fil-lista ta’ hawn fuq fihom informazzjoni aġġornata dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-BĊE.