Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Lulju 2026

X’iddeċidejna?

Żammejna r-rati ewlenin tal-imgħax fil-livelli attwali

Ninsabu f’pożizzjoni tajba biex inkampaw mal-inċertezza li nħolqot mill-kunflitt fil-Lvant Nofsani.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

Il-kunflitt fil-Lvant Nofsani jkompli joħloq ħafna inċertezza

Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija qegħdin irażżnu wkoll ir-ritmu tat-tkabbir tal-ekonomija. Id-ditti huma kawti u qegħdin jakkumulaw il-ħażniet.

L-ekonomija rnexxiela tkampa bid-diffikultajiet li kien hemm s’issa

Ħafna nies għandhom xogħol u għandhom il-flus x’jonfqu. In-negozji jkomplu jinvestu fit-teknoloġiji diġitali u l-IA. Il-gvernijiet qegħdin jonfqu fuq id-difiża u l-infrastruttura.

L-inflazzjoni naqset xi ftit

Il-prezzijiet għall-enerġija, l-ikel u s-servizzi qegħdin jiżdiedu b’ritmu aktar bil-mod minn qabel. Il-pagi qegħdin jiżdiedu b’mod moderat. Iżda l-effetti sħaħ taż-żidiet f’daqqa fil-prezzijiet tal-enerġija għad iridu jiżvolġu.

Il-kostijiet ogħla tal-enerġija qed jgħollu prezzijiet oħrajn

Ħafna inputs li d-ditti għandhom bżonn għan-negozju tagħhom qed isiru aktar għaljin. Il-kumpaniji qed jistennew li jgħollu l-prezzijiet għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.

In-nies huma aktar kawti biex jieħdu self ipotekarju.

Il-banek ukoll huma aktar kawti biex joffru kreditu.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? ARA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?