Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Ottubru 2025
X’inhuma l-punti ewlenin?
Żammejna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna mhux mibdula.
Għamilna dan minħabba li l-inflazzjoni qiegħda ssib postha madwar il-mira tagħna ta’ 2 %.
X’inhu jiġri fl-ekonomija?
L-ambjent globali għadu qed iżomm lura lill-ekonomija...
Id-ditti tal-manifattura qed iħossu l-effetti ta’ tariffi ogħla, inċertezza akbar u euro iktar b’saħħtu. L-esportaturi għandhom inqas ordnijiet minn barra.
... iżda fil-livell domestiku, l-affarijiet jidhru aħjar
Is-servizzi sejrin tajjeb. It-turiżmu huwa b’saħħtu. Aktar ditti qed jinvestu f’sistemi tal-IT ġodda u qed jużaw l-IA fl-operazzjonijiet tagħhom.
Ħafna nies għandhom xogħol u għandhom aktar flus x’jonfqu.
Il-konsumaturi qed jiffrankaw aktar min-normal. Dan jagħtihom aktar spazju biex jonfqu aktar tard. U bil-gvernijiet jonfqu aktar fuq id-difiża u fuq l-infrastruttura, dan kollu għandu jagħti spinta lill-ekonomija.
L-inflazzjoni hija qrib il-mira tagħna ta’ 2 %
Il-pagi qed jogħlew b’rata inqas milli kienu qed jagħmlu qabel. Il-prezzijiet tal-enerġija qed ikomplu jonqsu, għalkemm aktar bil-mod minn qabel. Dawn l-iżviluppi qed jgħinu biex jistabbilizzaw l-inflazzjoni fil-mira tagħna ta’ 2 %.
Agħti daqqa t’għajn lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aktar laqgħa reċenti tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aktar deċiżjonijiet reċenti dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja