Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ Lulju 2015

28 ta' Lulju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Lulju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 262.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta' Lulju 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 658 miljun USD 358 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 360.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,052.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 45.9 biljun għal EUR 120.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 1.3 biljun għal EUR 425.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 75.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 75.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 117.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 118.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 9.5 biljun għal EUR 514.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-24 ta’ Lulju 2015 Differenza mqabbla mas-17 ta’ Lulju 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-17 ta’ Lulju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.5 biljun - - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 101.7 biljun + EUR 1.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 9.5 biljun + EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 237.9 biljun + EUR 10.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 132.3 biljun - - EUR 2.1 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 27.9 biljun għal EUR 386.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,458 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 289,356 −1,292
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,408 −2,050
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
210,948 758
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,013 −23
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,293 −18
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,293 −18
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 542,575 −170
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 75,150 −387
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 467,096 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 329 217
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 139,668 267
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 875,187 8,970
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 514,659 9,481
  7.2 Titoli oħra 360,528 −511
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,173 −470
9 Assi oħra 227,435 −1,077
Assi Totali 2,525,159 6,187
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,052,396 −65
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 503,815 −29,364
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 386,528 −27,902
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 117,148 −1,440
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 139 −23
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,267 98
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 181,382 36,388
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 120,320 45,911
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 61,062 −9,522
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,962 −2,200
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,520 212
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,312 374
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,312 374
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 211,233 743
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 98,393 0
Total tal-passiv 2,525,159 6,187

Kuntatti midja