Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ April 2011

6 ta' April 2011

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ April 2011, it-tnaqqis ta’ EUR 16.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) irrifletta l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 9.8 biljun għal EUR 177.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv u għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu eżaminat.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 333.5 biljun, billi żieda ta’ EUR 0.9 biljun mit-tranżazzjonijiet għamlet tajjeb għat-tnaqqis ikkawżat mir-rivalutazzjonijiet trimestrali. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.8 biljun għal EUR 826 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 18.1 biljun għal EUR 64.9 biljun.

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 17.3 biljun għal EUR 321.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  89.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 100.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 77.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Marzu 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 149.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 129.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 3.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 26.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 19.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 137.6 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ April 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77 biljun u EUR 60.5 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 205.8 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Bi qbil mar-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ April 2011 jidher fil-kolonna supplimentari " Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi huma dawn li ġejjin:

Deheb: EUR 1,007.250 kull uqija fina

USD: 1.4207 kull EUR

JPY: 117.61 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1161 kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 350,667 0 −16,769
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 221,873 761 −11,803
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,123 231 −2,637
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
147,750 530 −9,166
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,947 −266 −1,376
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,852 508 −80
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,852 508 −80
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 424,041 −11,651 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 100,439 11,022 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,855 −20,008 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 737 −2,653 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 10 −13 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,126 −3,397 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 471,025 862 −521
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,568 0 232
7.2 Titoli oħra 333,457 862 −753
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,851 0 −53
9 Assi oħra 299,114 3,112 1,113
Assi Totali 1,888,496 −10,071 −29,489
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 825,997 3,823 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 308,392 5,063 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 205,755 −536 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 26,054 6,654 0
2.3 Depożiti fissi 76,500 −1,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 83 −55 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,005 778 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,956 −17,963 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,925 −18,096 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,030 133 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,297 −947 −28
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,310 −186 −95
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 14,470 189 −841
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,470 189 −841
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,613 0 −1,939
10 Passiv ieħor 179,107 −911 −1,225
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0 −25,642
12 Kapitali u riżervi 80,460 84 283
Total tal-passiv 1,888,496 −10,071 −29,489

Kuntatti midja