Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Mejju 2010

1 ta' Ġunju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-ewwelnett il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u t-tieni, il-bejgħ nett ta' munita tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.3 biljun għal EUR 177.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).

Transazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani

Fis-27 ta’ Mejju 2010, ġiet regolata operazzjoni ta’ seba’ t’ijiem ta’ USD 5.4 biljun. Din l-operazzjoni twettqet mill-Eurosistema fir-rigward ta' arranġamenti reċiproċi, temporanji dwar il-muniti (swap line) li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
27 ta’ Mejju 2010 Transazzjoni riversjata ta’ 7 t’ijiem li tipprovdi likwidità f’dollari Amerikani - USD 5.4 biljun

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli għajr dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 308.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 804.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 19.4 biljun għal EUR 137.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 69.2 biljun għal EUR 472.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, is-26 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 104.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 106 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti li jammontaw għal EUR 16.5 biljun u nġabru depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa li jammontaw għal EUR 26.5 biljun. Il-Ħamis, 27 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 12.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 316.2 biljun (meta mqabbel ma’ 253.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti mill-Eurosistema ta’ titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 10.2 biljun għal EUR 90.0 biljun b’riżultat ta’ xiri regolat ta’ EUR 8.8 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ Eur 1.4 biljun skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds kopert denominat f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 62.6 biljun għal EUR 183.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,692 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 212,274 525
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,524 −78
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,750 602
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,743 3,945
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,061 −1,206
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,061 −1,206
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 815,138 3,449
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 106,014 1,262
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 708,837 1,956
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 250 237
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 36 −6
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,414 553
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 398,211 11,096
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 90,010 10,213
7.2 Titoli oħra 308,200 883
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 −6
9 Assi oħra 248,343 129
Assi Totali 2,088,450 18,482
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 804,705 118
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 526,345 10,132
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 183,676 −62,563
2.2 Faċilità ta’ depożitu 316,163 62,694
2.3 Depożiti fissi 26,500 10,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 507 117
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 145,729 19,258
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 137,714 19,446
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,015 −188
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,506 −10,742
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,051 −332
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,142 523
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,142 523
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 167,914 −1,248
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 77,313 656
Total tal-passiv 2,088,450 18,482

Kuntatti midja