Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Mejju 2010

11 ta' Mejju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 169.9 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 4 biljuni għal EUR 308.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 802.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.4 biljun għal EUR 98.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 14.1 biljun għal EUR 478 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  75.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 90.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 282 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 251.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 51.6 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Mejju 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 25.3 biljun għal EUR 172.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,698 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 209,604 −2,091
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 66,485 −32
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,120 −2,058
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,760 1,544
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,827 −676
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,827 −676
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 759,976 16,345
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 90,317 14,720
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 667,245 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,382 1,628
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 33 −3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,947 1,199
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 360,184 5,440
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 51,648 1,405
7.2 Titoli oħra 308,536 4,035
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 251,669 4,662
Assi Totali 1,983,241 26,422
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 802,585 4,440
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 454,177 5,071
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 172,162 −25,334
2.2 Faċilità ta’ depożitu 282,013 30,404
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 625 136
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,857 −5,229
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 98,584 −6,359
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,272 1,130
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,658 16,538
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,786 1,709
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,662 −1,804
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,662 −1,804
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 166,996 5,561
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 76,657 0
Total tal-passiv 1,983,241 26,422

Kuntatti midja