Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Ewrosistema tat-28 ta’ Diċembru 2007

2 ta' Jannar 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Diċembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 40 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7 biljun għal EUR 157.2 biljun minħabba kemm it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ l-operazzjonijiet tal-forniment tal-likwidità f’USD imwettqa mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament reċiproku temporanju dwar il-munita (swap line) bejn il-BĊE u s-Sistema tar-Riżervi Federali.

L-investimenti ta' l-Eurosistema ta' titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 96.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 678.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 36.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Ewrosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 8.4 biljun għal EUR 483.8 biljun. Nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2007, ġiet regolata operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 20 biljun. Nhar il-Ħamis, is-27 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rfinar ta’ assorbiment ta’ likwidità ta’ EUR 141.6 biljun, li saret bil-ġbir ta’ depożiti fissi, filwaqt li ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 150 biljun nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2007.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (partita 5.5 ta’ l-attiv) kien virtwalment xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro

B’riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9 biljun għal EUR 223.2 biljun.

Rapport finanzjarju tal-bidu ta’ l-Eurosistema għall-2008, li jinkludi l-Bank Ċentrali ta’ Ċipru u l-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ngħaqdu fl-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2008. Għalhekk il-BĊE ser jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu ta’ l-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2008 flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa li jmiss fid-9 ta’ Jannar 2008.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 184,494 −40
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 138,005 418
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,250 12
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
128,755 406
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 43,167 7,447
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,635 55
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,635 55
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 637,107 19,973
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 368,607 19,999
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,476 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 22 −26
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,752 −44
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 96,151 −1,085
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,091 −6
9 Assi oħra 327,416 1,139
Assi Totali 1,500,818 27,857
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 678,563 2,682
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 376,510 20,515
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 223,155 8,970
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,896 1,660
2.3 Depożiti fissi 149,999 8,434
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,460 1,451
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127 −15
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,759 −5,098
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 36,936 −5,186
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,823 88
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,508 7,320
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,354 1,466
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,238 −605
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,238 −605
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 131,377 1,592
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,924 0
Total tal-passiv 1,500,818 27,857

Kuntatti midja