- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Deċiżjonijiet tal-politika monetarja
24 ta’ Jannar 2019
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċiltà tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu kif kienu fil-livell ta’ 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jipprevedi li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli atttwali tagħhom mill-inqas tul is-sajf kollu tal-2019, u f’kull każ sakemm ikun meħtieġ biex tiġi żgurata konverġenza kontinwa u sostnuta tal-inflazzjoni ma’ livelli li jkunu taħt, iżda qrib it-2% fuq żmien medju.
Fir-rigward tal-miżuri straordinarji tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv biħsiebu jibqa’ jerġa jinvesti, b’mod sħiħ, il-ħlasijiet ewlenin li jidħlu fuq it-titoli li jimmaturaw u li jkunu nxtraw taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi, għal perijodu ta’ żmien estiż lil hinn mid-data meta jibda jgħolli r-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE, u f’kull każ sakemm ikun meħtieġ biex jinżammu kundizzjonijiet favorevoli ta likwidità u grad abbundanti ta’ akkomodament monetarju.
Il-President tal-BĊE se jikkumenta dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-14:30 CET illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja