European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

25 ta’ Ottubru 2018

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċiltà tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu kif kienu fil-livell ta’ 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. IL-Kunsill Governattiv jipprevedi li r-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE se jibqgħu fil-livelli attwali mill-inqas tul is-sajf kollu tal-2019, u f’kull każ sakemm dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-konverġenza kontinwa u sostnuta tal-inflazzjoni f’livelli li jkunu taħt, iżda qrib it-2% fuq żmien medju.

Dwar il-miżuri straordinarji tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv se jibqa’ jagħmel akkwisti netti taħt il-programm tax-xiri ta’ assi (APP) bir-ritmu l-ġdid ta’ €15-il-biljun fix-xahar sal-aħħar ta’ Diċembru 2018. Il-Kunsill Governattiv jantiċipa li, jekk id-dejta li tasal tikkonferma l-previżjoni tal-inflazzjoni fuq żmien medju, l-akkwisti netti mbagħad jieqfu. Il-Kunsill Governattiv bi ħsiebu jerġa’ jinvesti l-pagamenti ewlenin li jidħlu mit-titoli li jimmaturaw u li jkunu nxtraw taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara li jieqfu l-akkwisti netti ta’ assi, u f’kull każ sakemm dan ikun meħtieġ biex jinżammu kundizzjonijiet favorevoli ta’ likwidità u livell abbundanti ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġinijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-14:30 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja