Deċiżjonijiet tal-politika monetarja
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu kif kienu fil-livelli ta’ 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv għadu jipprevedi li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE se jibqgħu fil-livelli attwali għal perijodu estiż ta’ żmien, u sew wara li jintemm il-perijodu tal-akkwist nett ta’ assi.
Għal dawk li huma miżuri straordinarji tal-politika monetarja l-Kunsill Governattiv jikkonferma li minn Jannar 2018 bi ħsiebu jkompli jagħmel akkwisti netti ta’ assi skont il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP), bir-rata ta’ €30 biljun fix-xagħar, sal-aħħar ta’ Settembru 2018, jew wara, jekk ikun meħtieġ, u f’kull każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fix-xejra tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-għan tiegħu dwar l-inflazzjoni. Jekk il-prospetti jsiru inqas favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji ma jibqgħux konsistenti ma’ progress ulterjuri lejn aġġustament sostnut fix-xejra tal-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv jinsab lest biex iżid l-APP f’termini ta’ daqs u/jew tul ta’ żmien. L-Eurosistema se terġa’ tinvesti l-pagamenti ewlenin mit-titoli li mmaturaw u li kienu nxtraw taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara t-tmiem tax-xiri nett ta’ assi, u f’kull każ sakemm dan ikun meħtieġ. Dan se jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet favorevoli ta’ likwidità u għal orjentament xieraq tal-politika monetarja.
Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-14:30 CET illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja