Fil-laqgħa tal-lum li saret f’Pariġi, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.50%, 1.00% u 0.00% rispettivament.
Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.