Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

7 ta' April 2011

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. 1. Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 1.25%, u tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fit-13 ta’ April 2011.
  2. 2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 2.00%, b’seħħ mit-13 ta’ April 2011.
  3. 3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 0.50%, b’seħħ mit-13 ta’ April 2011.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-2.30 p.m. (CET) illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja