Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Awwissu 2012

Operazzjonijiet tas-suq

Qafas legali għal miżuri temporanji marbuta mal-eliġibbiltà ta’ ċerti assi

Fit-2 ta’ Awwissu 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2012/18 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9. L-għan kien li d-Deċiżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral tinbidel fis-sura ta’ Linja Gwida biex tiġi implimentata mill-banek ċentrali nazzjonali fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali jew regolatorji tagħhom. Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tħassret bid-Deċiżjoni BĊE/2012/17 li ġiet adottata mill-Kunsill Governattiv fl-istess jum. Dawn l-atti legali se jixxandru fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi ta’ pagament u infrastruttura tas-suq

Rapport tal-2012 dwar il-frodi tal-kards

Fl-20 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv ħa nota tal-ewwel rapport dwar il-frodi tal-kards, imħejji mill-Kumitat għas-Sistemi ta’ Pagament u Saldu, u awtorizza l-pubblikazzjoni tiegħu fil-websajt tal-BĊE. Ir-rapport, flimkien ma’ stqarrija għall-istampa dwaru, ixxandar fil-25 ta’ Lulju 2012 fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar is-Slovenia Sovereign Holding

Fl-20 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/57 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.

Opinjoni tal-BĊE dwar fond ta’ stabilizzazzjoni għall-banek fil-Polonja

Fit-23 ta’ Luju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/58 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-Ungerija

Fl-24 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/59 wara talba tal-Ministeru għall-Ekonomija Nazzjonali tal-Ungerija.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-garanziji tal-Istat Spanjol

Fis-26 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/60 wara talba tal-Gvernatur tal-Banco de España, f’isem id-Deputat Ministru Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Kompetittività.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni u tat-tfaddil għall-pensjonijiet fl-Italja

Fit-30 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/61 wara talba tal-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Italja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depozitorji ċentrali ta’ titoli

Fl-1 ta’ Awwissu 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2012/62 wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-Opinjoni se tixxandar fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Ħruġ ta’ karti tal-flus u muniti

Linja Gwida dwar l-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti (DECS)

Fl-20 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2012/16 dwar l-Iskambju ta’ Dejta għal Servizzi fi Flus Kontanti (DECS) li tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema jridu jikkonformaw magħhom fejn jidħol l-użu tad-DECS. Dan l-iskambju ta’ dejta se jsaħħaħ is-sigurtà tal-messaġġi elettroniċi dwar it-tranżazzjonijiet transkonfinali bla ħlas bi flus kontanti u għandu l-għan li jkompli jarmonizza s-servizzi tal-flus kontanti fl-Eurosistema.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja