Slovenja
€2

Din il-munita turi l-poeta France Prešeren u l-iskrizzjoni "Shivé naj vsi naródi" (Il-barka t'Alla fuq in-nazzjonijiet kollha), vers mill-poeżija tiegħu "Zdravljica" li jinsab ukoll fl-innu nazzjonali tal-pajjiż. Madwar ix-xifer tal-munita ta’ €2 tidher il-kelma SLOVENIJA (Slovenja) u tikka minquxa warajha.
€1

Din il-munita turi xbieha ta’ wiċċ Primož Trubar, l-awtur tal-ewwel ktieb stampat bis-Sloven.
50 ċenteżmu

Din il-munita turi xbieha tal-muntanja Triglav.
20 ċenteżmu

Ix-xbieha ċentrali tad-disinn turi ż-żwiemel Lipizzaner.
10 ċenteżmi

Din il-munita turi l-proġett tal-perit Jože Plečnik għall-Parlament Sloven, li baqa' ma twettaqx.
5 ċenteżmi

Din il-munita turi xbieha ta' żerriegħ.
2 ċenteżmi

Fuq din il-munita tidher xbieha tal-Ġebla Sovrana tal-Investitura.
1 ċenteżmu

Din il-munita turi xbieha ta' ċikonja.