Irlanda
Il-Gvern tal-Irlanda ddeċieda li kellu jkun hemm disinn nazzjonali wieħed għad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti Irlandiżi. Dawn juru xbieha tal-arpa Ċeltika, simbolu tradizzjonali tal-Irlanda, imżejna bis-sena tal-ħruġ u l-kelma "Éire", Irlanda bl-Irlandiż. L-arpa li tidher fuq il-muniti ġiet iddisinjata minn Jarlath Hayes.
€2
Madwar ix-xifer tal-munita ta’ €2 jidhru 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.