Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Settembru 2026

X’iddeċidejna?

Għollejna r-rati tal-imgħax ewlenin b’0.25 punti perċentwali.

Dan qed nagħmluh għaliex il-kunflitt fil-Lvant Nofsani qiegħed ikompli jgħolli l-prezzijiet. L-inflazzjoni x’aktarx se tkun ’il fuq mill-mira tagħna ta’ 2% għal ftit żmien mhux ħażin.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

L-ekonomija qed iżżomm sod aħjar milli mistenni

Il-manifattura qed taħdem aħjar, parzjalment għaliex il-gvernijiet qed jonfqu aktar fuq id-difiża u l-infrastruttura. Id-ditti qed jinvestu fl-IA. L-esportazzjoni qed tiżdied. Imma l-prospetti għall-ġejjieni jibqgħu inċerti ħafna.

Il-konsumaturi qed isiru aktar kunfidenti

Qed jonfqu aktar, speċjalment fuq is-servizzi. Ħafna nies għandhom impjieg. Globalment, l-ekonomija għandha tkompli titjieb.

L-enerġija għalja qiegħda tgħolli l-prezzijiet

Dan se jżomm l-inflazzjoni ’il fuq sew mill-mira tagħna ta’ 2% matul is-sena li ġejja, bejn wieħed u ieħor. Huwa biss lejn l-aħħar tal-2027 li x’aktarx l-inflazzjoni tinżel għal madwar 2%.

Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?

Nistennew li l-ekonomija tirkupra u tikber aktar malajr fis-snin li ġejjin

Il-projezzjonijiet għat-tkabbir taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2026)

Nistennew li għal żmien mhux ħażin, l-inflazzjoni tkun ferm ogħla mill-mira tagħna

Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2026 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2026)

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? ARA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?