Ħarsa lejn id-dikjarazzjoni tal-politika monetarja tagħna - Lulju 2025
X’iddeċidejna?
Żammejna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna mhux mibdula
Għamilna dan minħabba li l-inflazzjoni hija mistennija li tistabbilizza fil-mira tagħna ta’ 2%.
X’inhu jiġri fl-ekonomija?
L-ekonomija kienet u għadha b’saħħitha
Saret aktar b’saħħitha milli mistenni tul l-ewwel ftit xhur tas-sena. Iżda l-ambjent globali jibqa’ wieħed straordinarjament inċert, b’mod speċjali minħabba tilwim kummerċjali mhux riżolt.
Ditti u unitajiet domestiċi għadhom qed iżommu lura
Tariffi u inċertezza globali qed iġiegħluhom ikunu iktar kawti. L-euro iktar b’saħħitha tfisser li l-esportazzjonijiet tad-ditti huma aktar għoljin fil-bqija tad-dinja. Iżda l-gvernijiet qed jippjanaw li jonfqu aktar flus, b’mod speċjali fuq id-difiża u l-infrastruttura, u dan għandu jappoġġa l-ekonomija.
Il-finanzi ta’ ħafna min-nies huma f’qagħda tajba
Ħafna nies għandhom impjieg u s-salarji tagħhom qegħdin jiżdiedu b’pass tajjeb. Dan jippermettilhom jonfqu fuq oġġetti u servizzi, bħal btajjel u li jinvestu fix-xiri ta’ akkomodazzjoni.
Is-self ta’ flus sar inqas għali
Id-ditti qegħdin jitolbu xi ftit iktar kreditu. Fl-istess ħin, il-banek huma kawti dwar is-self minħabba inċertezza globali u tensjonijiet kummerċjali.
L-inflazzjoni tinsab fejn irriduha li tkun: fi 2%.
Nistennewha li tistabbilizza madwar il-mira tagħna ta’ 2% fil-perjodu aktar ‘l quddiem.
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET TAL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaDIKJARAZZJONI TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjega tar-raġunijiet tagħna għad-deċiżjonijiet l-aktar reċenti dwar il-politika monetarja
Dikjarazzjoni tal-politika monetarja