Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Diċembru 2023
X’iddeċidejna?
Żammejna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna l-istess
Iż-żidiet li introduċejna fil-passat fir-rati tal-imgħax qed ikollhom effett b’saħħtu fuq l-ekonomija u qegħdin jgħinu biex inaqqsu l-inflazzjoni. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.
Gradwalment se ntemmu x-xiri tagħna ta’ assi.
Minn nofs is-sena d-dieħla, biħsiebna nnaqqsu gradwalment l-ammont ta’ assi li xtrajna taħt il-Programm ta' Xiri ta' Emerġenza fil-każ ta' Pandemija.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
L-ekonomija hija dgħajfa u se tirkupra biss gradwalment.
Ħafna kumpaniji għadhom jaħdmu fuq l-ordnijiet li kellhom mill-passat. Ir-rati tal-imgħax ogħla qegħdin inaqqsu l-attività ekonomika, speċjalment fis-setturi tal-kostruzzjoni u l-manifattura.
L-inflazzjoni reġgħet naqset imma se togħla għal żmien qasir.
Se terġa’ tinżel is-sena d-dieħla, iżda aktar bil-mod. Parti mir-raġuni hi għaliex il-miżuri tal-gvernijiet li għenu biex jinżamm kontroll fuq il-prezzijiet issa qegħdin jintemmu. Il-pagi ogħla wkoll qegħdin iżommu l-prezzijiet ’il fuq.
Ħafna nies għandhom xogħol
Qed jinħolqu xogħolijiet ġodda. Imma hekk kif l-ekonomija tnaqqas fir-ritmu, id-ditti qed ifittxu inqas ħaddiema ġodda.
Kif naraw li se tiżviluppa l-ekonomija?
Nistennew li l-ekonomija tirkupra fis-snin li ġejjin.
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro għall-2023 u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2023)
Nistennew li l-inflazzjoni tiġi lura għall-mira tagħna ta’ 2% fl-2025.
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni fiż-żona tal-euro fl-2023 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2023)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet għall-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja