Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Settembru 2022
X’iddeċidejna?
Għollejna r-rati tal-imgħax tagħna b'0.75 punti perċentwali
Dan huwa pass ewlieni biex niżguraw li l-inflazzjoni terġa’ lura għall-mira tagħna ta’ 2%. Ser isegwu aktar passi. Dawn ser jiddependu fuq kif il-prospetti tal-inflazzjoni ser jiżviluppaw.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
L-inflazzjoni għadha għolja wisq u se tibqa' għolja għal xi żmien
Prezzijiet għoljin ħafna tal-enerġija, speċjalment għall-gass, qed iżidu l-inflazzjoni. Il-problemi tal-provvista tal-impriżi, id-domanda mill-konsumaturi u euro aktar dgħajjef qed iżidu wkoll il-prezzijiet f'aktar u aktar setturi tal-ekonomija.
L-ekonomija qed iżżomm soda għalissa, l-aktar minħabba t-turiżmu
In-nies qed jerġgħu jivvjaġġaw u jonfqu l-flus fuq is-servizzi. Numru rekord ta’ nies għandhom impjiegi. Iżda n-negozji qed ibatu minn prezzijiet għoljin tal-enerġija u problemi li fadal b'nuqqas ta’ materjali u tagħmir. Il-prospetti għax-xhur li ġejjin sejrin għall-agħar.
L-ekonomija se tonqos sostanzjalment aktar tard din is-sena
Inflazzjoni għolja qed tnaqqas il-produzzjoni tal-impriżi u l-infiq tan-nies. L-effett ta’ appoġġ tal-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija tagħna se jiddgħajjef. Domanda inqas mill-bqija tad-dinja qed tkun ta’ piż fuq l-ekonomija. In-nies u n-negozji huma ħafna inqas kunfidenti minħabba li l-prospetti huma inċerti ħafna.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li t-tkabbir ekonomiku jonqos b'mod sostanzjali qabel ma jerġa' jistabbilizza.
Tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2021 u projezzjonijiet għal din is-sena u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2022)
Nistennew li l-inflazzjoni tibqa' għolja għalissa u tonqos biss bil-mod.
Inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2021 u projezzjonijiet għal din is-sena u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2022)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja