Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-18 ta’ Settembru 2015

22 ta' Settembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Settembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 2 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Settembru 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 141 miljun USD 144 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 358.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 1,051.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 22.2 biljun għal EUR 80.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 20.1 biljun għal EUR 387.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 70.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 70.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, EUR 0.1 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 139.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 159.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.4 biljun għal EUR 617.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-18 ta’ Settembru 2015 Differenza mqabbla mal-11 ta’ Settembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-11 ta’ Settembru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.2 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 118.3 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 12.0 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 326.7 biljun +EUR 12.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 127.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 2.9 biljun għal EUR 469.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,456 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 290,188 1,426
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,050 −75
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
211,138 1,500
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,046 −907
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,588 −548
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,588 −548
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 526,955 −242
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 70,665 −244
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 456,227 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 63 2
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136,605 2,515
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 975,510 14,426
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 617,219 14,392
  7.2 Titoli oħra 358,291 34
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,177 0
9 Assi oħra 221,790 −1,634
Assi Totali 2,602,314 15,034
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,051,870 −2,033
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 609,021 −17,502
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 469,353 2,883
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 139,525 −20,386
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 143 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,822 −28
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 155,377 30,181
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,332 22,222
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 75,045 7,959
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 35,936 2,359
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,340 175
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,134 376
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,134 376
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 213,735 1,505
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 97,201 0
Total tal-passiv 2,602,314 15,034

Kuntatti midja