Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ April 2015

28 ta' April 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ April 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 1.0 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn tliet banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 272.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 377.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 1,018.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 34.2 biljun għal EUR 101.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.0 biljun għal EUR 427.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 96.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 95.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 86.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 90.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.8 biljun għal EUR 339.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-24 ta’ April 2015 Differenza mqabbla mas-17 ta’ April 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-17 ta’ April 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.6 biljun - - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 72.6 biljun + EUR 3.0 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 5.8 biljun + EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 85.0 biljun + EUR 11.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 139.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 13.2 biljun għal EUR 269.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,965 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 303,600 593
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,369 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
220,231 593
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,050 −304
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,345 −492
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,345 −492
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 513,326 −816
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 95,737 −822
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 417,558 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 31 6
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,635 1,900
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 717,523 15,736
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 339,786 14,828
  7.2 Titoli oħra 377,737 908
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,718 0
9 Assi oħra 232,629 111
Assi Totali 2,360,790 16,728
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,018,357 228
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 355,647 −17,960
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 269,446 −13,191
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 86,168 −4,440
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 32 −329
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,488 −23
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 159,764 33,807
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 101,467 34,200
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 58,298 −392
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 36,500 −911
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,845 −30
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,658 105
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,658 105
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 215,492 1,439
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,085 74
Total tal-passiv 2,360,790 16,728

Kuntatti midja