Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Settembru 2014

23 ta' Settembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Settembru 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 213.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta’ Settembru 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 75 miljun USD 20 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 366.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 970.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 86 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 12.9 biljun għal EUR 449.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 110.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 105.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 6 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 23.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 21.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 194.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Settembru 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 148.7 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 32.2 biljun u EUR 13.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 16.8 biljun għal EUR 162.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,434 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 247,268 −2,797
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,136 −222
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
166,132 −2,575
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,857 1,168
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,871 −1,268
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,871 −1,268
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 472,263 −10,868
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 105,689 −5,013
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 366,304 −5,975
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 270 120
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,325 −209
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 561,395 −227
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 194,537 −600
7.2 Titoli oħra 366,858 373
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,709 0
9 Assi oħra 236,031 −1,448
Assi Totali 1,988,153 −15,649
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 970,382 −1,543
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 185,527 −14,769
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 162,433 −16,752
2.2 Faċilità ta’ depożitu 23,077 1,988
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 17 −5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,945 165
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 115,820 4,381
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 85,993 5,946
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 29,827 −1,565
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,860 239
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,003 119
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,153 −1,444
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,153 −1,444
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,368 0
10 Passiv ieħor 213,365 −2,798
11 Kont tar-rivalutazzjoni 301,418 0
12 Kapitali u riżervi 95,312 0
Total tal-passiv 1,988,153 −15,649

Kuntatti midja