Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Settembru 2011

6 ta' Settembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Settembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 176.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 334.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 853.0 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 17.6 biljun għal EUR 44.9 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 43.4 biljun għal EUR 246.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 133.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 121.7 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 110.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 115.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 48.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 49.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 151.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 121.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 13.3 biljun għal EUR 188.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tal-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 128.9 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 17.3 biljun għal EUR 179.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,248 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 214,286 −649
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,959 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
138,327 −649
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,402 502
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,869 118
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,869 118
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 513,772 −10,809
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 121,669 −12,005
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 392,055 1,225
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 14 14
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 33 −43
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,065 237
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 523,034 12,709
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 188,564 13,255
7.2 Titoli oħra 334,470 −546
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 327,503 −619
Assi Totali 2,073,122 1,489
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 852,975 2,786
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 446,983 15,297
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,746 −17,252
2.2 Faċilità ta’ depożitu 151,097 29,906
2.3 Depożiti fissi 115,500 5,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 640 −2,358
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,225 −435
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 53,348 −17,562
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 44,895 −17,632
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,452 70
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,695 −902
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,692 608
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,228 −545
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,228 −545
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 207,668 2,242
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,073,122 1,489

Kuntatti midja