Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ April 2011

12 ta' April 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ April 2011, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) irriflettiet il-fatt li wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema nnegozja muniti tad-deheb.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.4 biljun għal EUR 176 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 334.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 828.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 60.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 21.4 biljun għal EUR 300.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ April 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  100.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 84.5 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 77 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 30.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 26.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 137.5 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ April 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77 biljun u EUR 60.5 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 17.2 biljun għal EUR 188.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,668 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,625 −2,247
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,199 77
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,426 −2,324
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,204 258
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,094 2,242
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,094 2,242
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 407,660 −16,381
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 84,533 −15,906
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,855 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 249 −488
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 23 13
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,631 2,505
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 471,626 601
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,513 −55
7.2 Titoli oħra 334,113 656
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,085 233
9 Assi oħra 296,517 −2,597
Assi Totali 1,873,111 −15,385
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 828,523 2,526
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 296,183 −12,209
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 188,577 −17,179
2.2 Faċilità ta’ depożitu 30,522 4,468
2.3 Depożiti fissi 77,000 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 84 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,232 227
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 68,378 −4,578
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 60,625 −4,300
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,753 −278
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,735 −562
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,139 −171
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,041 −429
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,041 −429
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,613 0
10 Passiv ieħor 177,997 −1,110
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,379 919
Total tal-passiv 1,873,111 −15,385
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja