Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Jannar 2011

1 ta' Frar 2011

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Jannar 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 182.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
27 ta’ Jannar 2011 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 70 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 327.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 821.4 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.2 biljun għal EUR 112.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 20.4 biljun għal EUR 393.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  176.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 165.6 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 42.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 71.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 24.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 27.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), baqgħu kif kienu fil-livell ta' EUR 137.2 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Jannar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.5 biljun u EUR 60.8 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.8 biljun għal EUR 211.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,431 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 228,283 8
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 72,887 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
155,396 9
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,116 602
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,177 48
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,177 48
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 494,825 17,311
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 165,603 −11,301
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 329,170 28,668
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −91
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 52 34
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,851 −2,452
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 465,126 2,146
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 137,197 −25
7.2 Titoli oħra 327,928 2,171
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954 0
9 Assi oħra 282,804 −13,216
Assi Totali 1,965,568 4,446
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 821,424 −1,709
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 312,921 −350
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 211,873 2,751
2.2 Faċilità ta’ depożitu 24,416 −3,061
2.3 Depożiti fissi 76,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 132 −40
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,268 1,261
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 119,994 7,867
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 112,120 8,203
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,875 −336
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,556 −1,585
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,861 −243
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,691 918
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,691 918
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 180,026 −1,711
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,545 0
12 Kapitali u riżervi 78,731 −1
Total tal-passiv 1,965,568 4,446

Kuntatti midja