Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tas-6 ta’ Ġunju 2008

10 ta' Ġunju 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Ġunju 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 30 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 167.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal-EUR 114.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 675.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 59.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 17.8 biljun għal EUR 438 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 170 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.4 biljun għal EUR 195.1 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ta’ min jinnota li, għal dak li għandu x’jaqsam mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tat-30 ta’ Mejju 2008 (ippubblikat fit-3 ta’ Ġunju 2008), krediti kontra residenti barra ż-żona ta’ l-euro u denominati f’munita barranija (il-partita nru. 2 ta’ l-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 136,603 miljun, minflok EUR 136,301 miljun, u li l- obbligazzjonijiet lejn residenti barra ż-żona ta’ l-euro u denominati f’munita barranija, (il-partita nru. 8 tal-passiv) kellhom ikunu EUR 16,817 miljun, minflok 16,514 miljun.

B’hekk, il-bidliet attwali ta’ ġimgħa fuq ġimgħa f’dawn il-pożizzjonijiet huma tnaqqis ta’ EUR 399 miljun u ta’ EUR 230 miljun rispettivament.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 209,515 −30
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,204 −399
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,427 −7
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
126,777 −392
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 55,300 357
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,077 −536
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,077 −536
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 438,030 −17,791
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 153,000 −17,002
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 285,027 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −791
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 31,396 −699
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,943 943
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,007 0
9 Assi oħra 369,274 2,352
Assi Totali 1,407,746 −15,803
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 675,558 3,551
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 195,146 −12,436
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 195,069 −12,447
2.2 Faċilità ta’ depożitu 70 15
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 7 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 156 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,496 −5,420
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,587 −5,103
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,909 −317
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,348 −1,025
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,396 116
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,587 −230
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,587 −230
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,148 0
10 Passiv ieħor 146,008 −92
11 Kont tar-rivalutazzjoni 156,231 0
12 Kapitali u riżervi 71,672 −267
Total tal-passiv 1,407,746 −15,803

Kuntatti midja