Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 12 ta’ Diċembru 2019

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.50% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom jew livelli iktar baxxi sakemm jara li l-prospettiva tal-inflazzjoni tikkonverġi b’mod robust f’livell suffiċjentement qrib, imma taħt, it-2% fl-orizzont tat-tbassir tiegħu, u li tali konverġenza tkun ġiet riflessa b’mod konsistenti fid-dinamika tal-inflazzjoni sottostanti.

Fl-1 ta’ Novembru x-xiri nett reġa’ beda taħt il-programm tax-xiri ta’ assi netti (APP) tal-Kunsill Governattiv bil-pass ta’ kull xahar ta’ €20 biljun. Il-Kunsill Governattiv jistenna li jibqa’ għaddej sakemm ikun meħtieġ biex isaħħaħ l-impatt ta’ akkomodament tal-politika tar-rati tiegħu, u li jintemm ftit wara qabel ma jibda’ jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv fiħsiebu jkompli jinvesti mill-ġdid, għalkollox, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE ser tikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fis-14:30 CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja