Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 24 ta’ Ottubru 2019

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu kif kienu fil-livell ta’ 0.00%, 0.25% u -0.50% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE se jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom jew jitbaxxew sakemm jara li l-prospetti tal-inflazzjoni jkunu konverġenti b’mod ċar u li jkunu qrib biżżejjed, iżda taħt, 2% fil-perijodu tat-tbassir tiegħu, u din il-konverġenza tkun ġiet riflessa b’mod konsistenti fid-dinamika tal-inflazzjoni sottostanti.

Kif ġie deċiż fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill Governattiv f’Settembru, ix-xiri nett se jerġa’ jinbeda taħt il-programm tal-Kunsill Governattiv għax-xiri ta’ assi (APP) b’ammont ta’ €20 biljun kull xahar mill-1 ta’ Novembru. Il-Kunsill Governattiv jistenna li dan ix-xiri jibqa’ jsir sakemm ikun meħtieġ biex jissaħħaħ l-impatt ta’ akkomodament tar-rati tal-politika tiegħu, u li jintemm ftit qabel ma hu jibda jgħolli r-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv biħsiebu jibqa’ jinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali kollha minn titoli li jimmaturaw u li jkunu nxtraw taħt l-APP, għal perijodu estiż ta’ żmien wara d-data meta jibda jgħolli r-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ biex jinżammu kundizzjonijiet favorevoli ta’ likwidità u livell abbondanti ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE se jikkummenta dwar il-kunsiderazzjonijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet, waqt konferenza stampa li tibda fis-14:30 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja