STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

13 ta’ Diċembru 2018

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% and -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom tal-inqas sas-sajf tal-2019, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta tal-inflazzjoni sal-livelli li huma taħt, imma qrib, it-2% matul żmien medju.

Fir-rigward tal-miżuri tal-politika monetarja straordinarja, ix-xiri nett taħt il-programm tax-xiri tal-assi (APP) ser jintemm f’Diċembru 2018. Fl-istess ħin, il-Kunsill Governattiv qed itejjeb il-gwida bil-quddiem tiegħu dwar l-investiment mill-ġdid. Għaldaqstant, il-Kunsill Governattiv fiħsiebu jkompli jinvesti mill-ġdid, kollha kemm huma, il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu estiż ta’ żmien lil hinn mid-data meta jibda jgħolli ir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE ser jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fil-14:30 CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

Kuntatti midja