STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-Politika Monetarja

20 ta' Ottubru 2016

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv qiegħed ikompli jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin se jibqgħu fil-livell attwali jew inqas għal perjodu estiż ta’ żmien, u sew wara li jintemm il-perjodu tal-akkwist nett tal-assi.

Għal dawk li huma miżuri straordinarji tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv jikkonferma li l-akkwist ta’ b’kemm jiswew €80 biljun f’assi kull xahar se jibqa’ jsir sal-aħħar ta’ Marzu 2017, jew wara, jekk ikun meħtieġ, u f’kull każ sakemm jara aġġustament sostnut fix-xejra tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu fir-rigward tal-inflazzjoni.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu fuq ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-14:30 CET illum.

Kuntatti midja