STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

6 ta' Marzu 2014

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.25%, 0.75% u 0.00% rispettivament.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Press conference

Kuntatti midja