Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja
Waqt il-laqgħa tal-lum li saret fil-Lussemburgu, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu l-istess, jiġifieri 1.00%, 1.75% u 0.25% rispettivament.
Il-President tal-BĊE se jikkummenta dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li se tibda fis-2.30 p.m. (CET) illum.
Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja