Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE (flimkien mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati ta’ imgħax)

Settembru 2009

Sistemi ta’ pagament u l-Infrastruttura tas-suq

Rapport dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ħlas finali ta’ titoli, links diretti u links trasmessi

Fis-7 ta’ Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv approva rapport dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ħlas finali ta’ titoli (SSSs) u dwar il-links li bħalissa qegħdin jintużaw għall-kollateralizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Stqarrija għall-istampa u listi aġġornati tal-SSSs, links diretti u links trasmessi li huma eleġibbli għall-użu f’operazzjonijiet ta’ krediti tal-Eurosistema ġew ippubblikati fuq il-website tal-BĊE fl-14 ta’ Awwissu 2009.

Il-kontribut tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-titjib tal-felħan tas-swieq ta’ derivattivi tat-tip ‘over-the-counter’

Fit-3 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill Governattiv approva l-kontribut tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar inizjattivi possibbli sabiex ittejjeb il-felħan tas-swieq tad-derivattivi tat-tip ‘over-the-counter (OTC). Il-kontribut tal-Eurosistema ġie ppubblikat fuq il-website tal-BĊE nhar l-4 ta’ Settembru 2009.

Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord tal-Programm - TARGET2-Titoli

Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill Governattiv approva l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Bord tal-Programm TARGET2-Titoli (T2S) u awtorizza kemm il-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-website tal-BĊE kif ukoll il-pubblikazzjoni tar-Regoli ta’ Proċeduri tal-Bord tal-Programm T2S.

Aġġornament tal-Linja Gwida TARGET2

Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Awtomatizzata Trans-Ewropea ta’ Trasferiment Espress għal Ħlas Finali f’Ħin Reali (TARGET2) (BĊE/2009/21). Il-bidliet għandhom x’jaqsmu b’mod ewlieni mar-rilaxx il-ġdid tal-Pjattaforma Kondiviża Unika (Single Shared Platform - SSP) li sejra toħroġ live nhar it-23 ta’ Novembru 2009 u jiċċaraw il-prinċipji speċifiċi tal-lokazzjoni tal-oversight li entitajiet li joffru s-servizzi tagħhom f’euros huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom. Il-Linja Gwida sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

L-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni

Swaps default ta’ krediti u riskju kontraparti

Fis-27 ta’ Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport, imħejji mill-Kumitat għas-Superviżjoni Bankarja (BSC), dwar swaps default ta' krediti (CDS) u dwar ir-riskju kontraparti. L-ewwel, ir-rapport jagħti fid-dettall il-karatteristiċi ewlenin tas-suq tas-CDS fl-UE li jiggarantixxu attenzjoni mil-lat ta' stabbiltà finanzjarja. Imbagħad ikompli billi jipprovdi valutazzjoni, fuq livell tal-UE, tas-sorsi ta' riskju kontraparti u l-isfidi assoċjati. Finalment, jagħti ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi regolatorji u tas-suq li qegħdin jittieħdu biex jiġu indirizzati d-dgħjufijiet identifikati. Ir-rapport ġie ppubblikat fuq il-website tal-BĊE fit-28 ta’ Awwissu 2009.

L-istabbiltà fis-settur bankarju tal-UE

Fis-27 ta’ Awwissu 2009, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport intitolat “EU Banking Sector Stability” (Stabbiltà fis-Settur Bankarju tal-UE), kif imħejji mill-BSC. Ir-rapport jeżamina l-kundizzjoni finanzjarja tas-sistema bankarja tal-UE kollha fl-2008 u ta’ banek kbar tal-UE fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2009. Janalizza wkoll ir-riskji ewlenin li hemm madwar il-ħarsa ġenerali għas-settur bankarju tal-UE, billi jibbaża fuq firxa wiesgħa ta’ indikaturi makro-prudenti u fuq indikaturi tas-suq. Ir-rapport ġie ppubblikat fuq il-website tal-BĊE fit-28 ta’ Awwissu 2009.

Parir fuq il-leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar it-tisħiħ tat-teknika għar-riżoluzzjonijiet tal-banek fil-Latvja

Fl-10 ta’ Awwissu 2009, fuq talba tal-Kummissjoni Latvjana għas-Suq Finanzjarju u Kapitali, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar it-tisħiħ tat-teknika għar-riżoluzzjonijiet tal-banek (CON/2009/65). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar emenda tal-qafas legali Finlandiż għall-operazzjonijiet tal-ikklerjar

Fis-7 ta’ Awwissu 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Finlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emenda tal-qafas legali għall-operazzjonijiet tal-ikklerjar (CON/2009/66). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar estensjoni tad-dritt tan-Narodowy Bank Polski li jinnegozja fil-qasam tat-titoli

Fl-20 ta’ Awwissu 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Pollakk, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar estensjoni tad-dritt tan-Narodowy Bank Polski li jinnegozja fil-qasam tat-titoli (CON/2009/67). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija tal-Immanniġġjar tal-Assi Nazzjonali

Fil-31 ta’ Awwissu 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija tal-Immanniġġjar tal-Assi Nazzjonali (CON/2009/68). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rimunerazzjoni tal-kont bankarju disponibbli li t-Teżor għandu mal-Banca d'Italia 

Fl-1 ta’ Settembru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u tal-Finanzi Taljan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-rimunerazzjoni tal-kont bankarju disponibbli li t-Teżor għandu mal-Banca d'Italia (CON/2009/69). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar dispożizzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus u l-prevenzjoni ta’ ffinanzjar lil terroristi relatati mal-Banco de España

Fl-14 ta’ Settembru 2009, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar dispożizzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus u l-prevenzjoni ta’ ffinanzjar lil terroristi relatati mal-Banco de España (CON/2009/70). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar id-dmirijiet superviżorji ta’ Česká národní banka relatati mal-krediti tal-konsumaturi

Fl-14 ta’ Settembru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ Ċek, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar id-dmirijiet superviżorji ta’ Česká národní banka relatati mal-krediti tal-konsumaturi (CON/2009/71). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar is-servizzi ta’ pagament fir-Rumanija

Fil-15 ta’ Settembru 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Rumen, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar is-servizzi ta’ pagament (CON/2009/72). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Ftehim imġedded tal-banek ċentrali fuq bejgħ ta' deheb

Fis-7 ta’ Awwissu 2009, il-BĊE u s-16-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona euro, f’kooperazzjoni ma' Sveriges Riksbank u ma’ Swiss National Bank, ħareġ dikjarazzjoni konġunta li fiha huma impennjaw rwieħhom li jiksbu l-bejgħ ta’ deheb li diġà ttieħdet deċiżjoni fuqu jew li għad trid tittieħed deċiżjoni fuqu permezz ta’ programm ta’ bejgħ intensiv fuq perjodu ta’ ħames snin, li jibda mis-27 ta' Settembru 2009. Dan il-ftehim imġedded isegwi minnufih fuq il-ftehim ta' ħames snin preċedenti li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2004. L-istqarrija għall-istampa hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja