Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

April 2009

Kwistjonijiet operazzjonali

Linja swap f’dollari Amerikani mal-Federal Reserve System

Fis-6 ta’ April 2009 il-BĊE ħabbar li l-Kunsill Governattiv kien iddeċieda li jistabbilixxi arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap) mal-Federal Reserve System. Dan il-ftehim se jagħti lill-Federal Reserve il-possibbiltà li joffri likwidità sa EUR 80 biljun. Il-Kunsill Governattiv approva wkoll din il-linja swap sat-30 ta’ Ottubru 2009. Fl-istess ħin, il-Bank of England, il-Bank of Japan, u s-Swiss National Bank ħabbru arranġamenti swap ekwivalenti mal-Federal Reserve.

Sistemi ta’ pagament u l-Infrastruttura tas-suq

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-rakkomandazzjonijiet tas-SEBĊ/KRTE (Kumitat ta’ Regolaturi għat-Titoli Ewropej) għas-CCPs (Kontropartijiet Ċentrali)

Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi konsultazzjoni pubblika mmexxija flimkien mal-Kumitat ta’ Regolaturi għat-Titoli Ewropej (KRTE) dwar l-emendi tar-“Rakkomandazzjonijiet għall-ikklerjar u s-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea” tas-SEBĊ/KRTE, għall-kontropartijiet ċentrali (CCPs) fir-rigward ta’ derivati mibjugħa u mixtrija barra mill-boroż organizzati (OTC). Il-konsultazzjoni ntemmet fis-17 ta’ April 2009. Stqarrija għall-istampa li tħabbar it-tnedija ta’ din il-konsultazzjoni pubblika ġiet ippubblikata fil-31 ta’ Marzu 2009 fil-websajt tal-BĊE.

It-twaqqif tal-Bord għall-Programm T2S u l-ħatra tal-membri tiegħu

B’referenza għad-deċiżjoni tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2009 biex iwaqqaf il-Bord għall-Programm T2S (BĊE/2009/6), li se jgħin lill-korpi deċiżjonali tal-BĊE biex jiżguraw li l-programm TARGET2-Titoli (T2S) jitlesta fil-ħin u b’suċċess fl-2013, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fit-23 ta’ April 2009 li jaħtar lill-president u l-memberi tal-Bord għall-Programm T2S. Id-Deċiżjoni tal-BĊE dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm (BĊE/2009/6), ippubblikata wkoll fit-22 ta’ April 2009 fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-istqarrija għall-istampa relatata mad-deċiżjonijiet tal-ħatra, huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regoli għad-distribuzzjoni tal-qligħ tal-Lietuvos bankas

Fl-24 ta’ Marzu 2009, fuq talba tal-Lietuvos bankas, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emenda għar-regoli dwar id-distribuzzjoni tal-qligħ tal-Lietuvos bankas fil-kuntest tat-taqlib finanzjarju (CON/2009/26). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Slovena fir-rigward ta’ servizzi u sistemi tal-pagament

Fl-24 ta' Marzu 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar servizzi u sistemi tal-pagament (CON/2009/27). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar regoli proċedurali għall-garanziji tal-Istat fl-Ungerija

Fil-25 ta' Marzu 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Ungeriż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar regoli proċedurali għall-garanziji tal-Istat favur iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja (CON/2009/28). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri fil-Belġju relatati mal-kriżi finanzjarja

Fil-25 ta’ Marzu 2009, fuq talba tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique f'isem il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-estensjoni tal-iskop ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu waqt kriżi finanzjarja (CON/2009/29). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar garanziji tal-Istat fl-Isvezja

Fis-26 ta' Marzu 2009, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Svediż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-provvediment ta’ garanziji tal-Istat lill-banek u lil istituzzjonijiet oħra (CON/2009/30). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BCE dwar l-iskema Latvjana għall-garanzija tad-depoziti

Fis-26 ta’ Marzu 2009, fuq talba tal-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali Latvjana, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-Liġi dwar skema ta’ garanzija tad-depożiti fir-rigward ta’ kopertura u pagament (CON/2009/31). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarju fil-Litwanja

Fit-2 ta' April 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Litwan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri ġodda għat-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja (CON/2009/32). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar żieda fil-kwota tal-Italja fil-FMI

Fit-3 ta’ April 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Taljan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar iż-żieda tal-kwota tal-Italja mal-Fond Monetarju Internazzjonali (CON/2009/33). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarju fir-Repubblika Ċeka

Fil-15 ta' April 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ċek, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ċerti emendi fil-liġi dwar il-banek fir-rigward tal-kriżi tas-swieq finanzjarji (CON/2009/34). Din l-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar żieda fil-kwota ta’ Spanja fil-FMI

Fis-16 ta’ April 2009, fuq it-talba tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi Spanjol, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-pagament mill-Banco de España taż-żieda proposta fil-kwota ta’ Spanja fil-FMI (CON/2009/35). Din l-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Ċiprijotta fir-rigward ta’ servizzi u sistemi tal-pagament

Fis-16 ta' April 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ċiprijott, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar servizzi u sistemi tal-pagament (CON/2009/36). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar faċilità għall-għajnuna finanzjarja fuq żmien medju

Fl-20 ta’ April 2009, fuq talba tal-Kummissjoni tal-UE, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri (CON/2009/37). L-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Komunitarja relatata ma’ aġenziji li jikklassifikaw entitajiet fir-rigward tal-kreditu, li joperaw fl-Ewropa

Fil-21 ta’ April 2009, fuq talba tal-Kunsill tal-UE, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-ħolqien ta’ qafas regolatorju għall-aġenziji li jikklassifikaw entitajiet fir-rigward tal-kreditu, li joperaw fl-Ewropa u li l-klassifiċi tagħhom jintużaw għal għanijiet regolatorji (CON/2009/38). L-Opinjoni se tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Griega maħsuba biex ittejjeb il-likwidità fl-ekonomija

Fil-21 ta’ April 2009, fuq talba tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Grieg, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri għat-titjib tal-likwidità fl-ekonomija (CON/2009/39). L-Opinjoni hi disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Statistika

Regolament tal-BĊE dwar l-istatistika tar-rati tal-imgħax

Fil-31 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Regolament li jemenda r-Regolament BĊE/2001/18 dwar l-istatistika tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għad-depożiti u s-self fir-rigward tal-individwi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2009/7). Ir-Regolament ġie ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-8 ta’ April 2009 u hu disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

Fit-3 ta’ April 2009, il-Kunsill Governattiv adotta Rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-UE dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2009/8). Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-22 ta’ April 2009 u hi disponibbli wkoll fil-websajt tal-BĊE

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja