Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Diċembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Diċembru 2011 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 40.3 biljun għal EUR 236.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
8 ta’ Diċembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.4 biljun | USD 1.6 biljun |
8 ta’ Diċembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 50.7 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 338 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 879.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8 biljun għal EUR 61.5 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 28.4 biljun għal EUR 100.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 265.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 252.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 194.2 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 207 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 7.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 334.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 332.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 268.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ EUR 0.6 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.4 biljun skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 207.6 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59.1 biljun u EUR 2.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.5 biljun għal EUR 139.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 419,822 | −1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 234,044 | 2,136 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,308 | 928 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
152,736 | 1,208 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 70,105 | 37,855 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,285 | −56 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 28,285 | −56 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 642,616 | −13,410 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 252,100 | −13,356 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 383,005 | −48 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 7,407 | 405 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 104 | −412 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 89,977 | −2,470 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 606,693 | 962 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 268,703 | 1,082 | |
7.2 | Titoli oħra | 337,990 | −121 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,932 | 0 | |
9 | Assi oħra | 335,339 | 109 | |
Assi Totali | 2,460,813 | 25,125 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 879,616 | 5,635 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 681,483 | −26,473 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 139,246 | −41,457 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 334,905 | 2,199 | |
2.3 | Depożiti fissi | 207,000 | 12,801 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 333 | −16 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,677 | 1,077 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 70,477 | 7,378 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 61,505 | 7,950 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,972 | −572 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,939 | 37,739 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,971 | −420 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,987 | 116 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,987 | 116 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 205,419 | 73 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,460,813 | 25,125 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja