Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Jannar 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Jannar 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 162.1 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
6 ta’ Jannar 2010 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 2.7 biljun | - |
6 ta’ Jannar 2010 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | - | CHF 2.9 biljun |
7 ta’ Jannar 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 15-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 5.5 biljun | - |
7 ta’ Jannar 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1 biljun | - |
7 ta’ Jannar 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 5.4 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 300.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.1 biljun għal EUR 796.4 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 114.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 90.9 biljun għal EUR 496.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Jannar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 78.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 54 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 227.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 162.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 29.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Jannar 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 72.8 biljun għal EUR 160.7 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Ta' min isemmi li ġew aġġornati xi partiti tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema ta' kull ġimgħa tal-1 ta’ Jannar 2010 (ippubblikat fis-6 ta’ Jannar 2010), minħabba li żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema bagħtu karti tal-bilanċ riveduti, għalkemm il-bidliet ma kienux ta’ importanza.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 266,919 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 196,138 | 659 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 62,816 | 17 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
133,322 | 642 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 31,434 | −717 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,190 | 992 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,190 | 992 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 724,030 | −25,859 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 54,652 | −24,624 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 669,303 | 5 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 46 | −1,243 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 30 | 3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,890 | 609 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 329,637 | 985 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 29,112 | 330 | |
7.2 | Titoli oħra | 300,526 | 656 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,171 | 10 | |
9 | Assi oħra | 252,181 | −2,009 | |
Assi Totali | 1,879,590 | −25,331 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 796,391 | −10,131 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 387,831 | −7,783 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 160,684 | −72,807 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 227,141 | 65,024 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 6 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 497 | 157 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 123,371 | −6,362 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 114,933 | −5,562 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,438 | −800 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 46,338 | −421 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,710 | 678 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,560 | −56 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,560 | −56 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 51,249 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 166,468 | −1,374 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 220,213 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,962 | −39 | |
Total tal-passiv | 1,879,590 | −25,331 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja