Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Awwissu 2012

14 ta' Awissu 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Awwissu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 245.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
9 ta’ Awwissu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 7 biljun USD 7.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 321.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 901.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 119.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 9.1 biljun għal EUR 686.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Awwissu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 133.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 132.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 211.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Awwissu 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 24.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 25.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 310.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 300.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 281 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri ta’ titoli skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Awwissu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 211.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 55 biljun u EUR 14.7 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 551.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 433,778 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 260,384 −383
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 90,162 −63
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
170,222 −320
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 55,550 −855
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,771 993
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,771 993
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,210,735 1,332
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 133,426 658
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,076,281 783
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 911 −102
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 117 −7
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 214,052 −1,351
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 602,728 220
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 281,031 93
7.2 Titoli oħra 321,697 127
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,041 0
9 Assi oħra 262,782 1,652
Assi Totali 3,086,822 1,607
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 901,281 −913
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,076,393 12,597
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 551,836 2,179
2.2 Faċilità ta’ depożitu 310,822 10,438
2.3 Depożiti fissi 211,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,234 −20
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,259 −66
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142,907 −1,300
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 119,759 −777
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 23,148 −523
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 170,287 −9,388
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,963 −213
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,538 −710
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,538 −710
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,886 0
10 Passiv ieħor 225,720 1,602
11 Kont tar-rivalutazzjoni 409,840 0
12 Kapitali u riżervi 85,749 0
Total tal-passiv 3,086,822 1,607

Kuntatti midja